Dwar ir-Reġjun

Il-Kunsill Reġjonali Għawdex huwa kkostitwit mill-Kunsilli Lokali kollha ta’ Għawdex; ir-Rabat (Citta Victoria), Il-Fontana, Għajnsielem, L-Għarb, L-Għasri, Ta’ Kerċem, Il-Munxar, In-Nadur, Il-Qala, San Lawrenz, Ta’ Sannat, Ix-Xagħra, Ix-Xewkija u iż-Żebbuġ.

Il-Kunsill Reġjonali huwa livell ieħor ta’ Gvern Lokali u ġew stabbiliti fl-2011. 

Il-livell Reġjonali huwa relattivament żgħir bħala sistema ta’ governanza f’Malta u Għawdex.  Fil-fatt, minn Jannar 2022, Malta saret subdiviża f’sitt reġjuni – Għawdex, Tramuntana, Punent, Lvant, Port u Nofsinhar.  Dawn il-Kunsilli Reġjonali twaqqfu permezz ta’ emenda fl-Att għall-Gvern Lokali fl-2019.  

Il-funzjoni u l-operat tal-Kunsilli Reġjonali huma stabbiliti bil-liġi sabiex jamministraw funzjonijiet pubbliċi u huma stabbiliti mill-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u Gvern Lokali f’forma ta’ regolamenti wara konsultazzjoni mal-Assoċjazzjoni għall-Gvern Lokali .

Kull Reġjun jikkonsisti minn President, Viċi President, Segretarju Eżekuttiv u rappreżentanti tal-Kunsilli Lokali, ġeneralment is-Sindku.